Frequently Asked Questions
L-AWAS tipprovdi allowance tal-ikel u trasport lil residenti mhux impjegati taċ-ċentri miftuħa. L-akkomodazzjoni u s-servizzi relatati tal-welfare huma b’xejn. Malli l-persuna tkun tista’ toħroġ mill-post biex tkun tista’ tgħix ħajja indipendenti hija tista’ tapplika għall-għajnuna soċjali li hija ekwivalenti għal dik li jirċievu ċ-ċittadini.
L-akkomodazzjoni f’ċentru miftuħ hija temporanja sakemm il-persuna tkun tista’ tgħix indipendentement. B’mod ġenerali wieħed jista’ jgħix f’ċentru miftuħa għal massimu ta’ tnax-il xahar.
Il-kisba ta’ djar mobbli kienet investiment kbir li sar permezz tal-finanzjament Ewropew. In-numru ta’ wasliet kien għoli ħafna. L-akkomodazzjoni fi djar mobbli hija prattika. L-AWAS xorta tiżgura li kull resident jiġi pprovdut bi spazju tajjeb biżżejjed bħala arranġament ta’ għajxien.
Kull każ jiġi evalwat individwalment. Jiġu kkunsidrati kif xieraq il-bżonnijiet speċifiċi tal-utent tas-servizz u kwalunkwe vulnerabbiltajiet partikolari.
Applikanti li ma jikkwalifikawx għall-ażil għandhom żewġ għażliet. Jistgħu jagħżlu li jirritornaw volontarjament u b’mod dinjituż permezz tal-iskemi tar-ritorn volontarju assistit. Inkella l-Pulizija tal-Immigrazzjoni jistgħu jirritornaw lill-applikanti li ma jikkwalifikawx għall-ażil permezz ta’ relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi. Din hija rotta diffiċli iżda possibbli. Hija diffiċli peress li ħafna mill-pajjiżi terzi ma għandhomx uffiċċji diplomatiċi f’Malta biex ikunu jistgħu joħorġu dokument tal-ivvjaġġar.
L-AWAS tirreferi lill-persuni għal korsijiet u taħriġ edukattiv mainstream. Internament nipprovdu sessjonijiet ta’ taħriġ relatati mal-informazzjoni u l-voluntiera u l-NGOs jipprovdu korsijiet differenti fuq bażi ad hoc u skont dak li jitolbu l-utenti tas-servizz innifishom.
Iċ-ċentri miftuħa huma miftuħa għar-residenti u l-persunal. Aħna nenfasizzaw dan biex niżguraw il-privatezza tar-residenti u għal għanijiet ta’ sigurtà. Li jkollna rekord ta’ kuljum ta’ min jinsab fiċ-Ċentri u min jinsab barra minnhom huwa essenzjali fil-każ ta’ xi emerġenza ġewwa ċ-Ċentri.
Il-minorenni mhux akkumpanjati li qed ifittxu ażil taħt Ordni għall-Ħarsien huma l-uniċi utenti tas-servizz li jingħataw ħin ta’ curfew. Dan minħabba s-sistema ta’ protezzjoni li takkumpanja Ordni għall-Ħarsien.
L-evalwazzjoni tal-età tal-AWAS hija milqugħa tajjeb mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil. Aħna nużaw għodda ta’ intervista psikosoċjali biex inwettqu intervista semistrutturata minn tim ta’ professjonisti. L-AWAS tagħti l-benefiċċju tad-dubju u twettaq x-ray tal-id u tal-polz bħala mezz ta’ verifika ulterjuri tal-età biss bħala l-aħħar għażla.
Hemm kooperazzjoni viċina ħafna bejn l-AWAS u l-NGOs. L-AWAS tikkomunika mal-NGOs fuq livelli differenti skont il-funzjonijiet tal-NGO.
Malta kontinwament irċeviet fondi mill-Ewropa biex ittejjeb is-sitwazzjoni kemm permezz tal-Fond Ewropew għar-Rifuġjati kif ukoll permezz ta’ Miżuri ta’ Emerġenza. Dan l-iffinanzjar varja minn investiment fl-infrastruttura fiżika taċ-Ċentri sa miżuri relatati mas-servizzi. Ovvjament Malta tkompli tinsisti fuq mekkaniżmu koerenti u wiesgħa sabiex dan il-fenomenu jiġi indirizzat b’mod ġenerali.
