Il-Provvista ta’ Servizzi tas-Sigurtà f’Unitajiet tal-AWAS

L-Aġenzija tal-Welfare tal-Persuni li Jfittxu Ażil (AWAS) fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali bbenefikat mill-Fondi għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni (AMIF) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Dan il-proġett kien intiż li jtejjeb il-livell tas-sigurtà f’ċentri miftuħa ta’ akkomodazzjoni ġestiti mill-AWAS notevolment il-Villaġġ tat-Tined ta’ Ħal Far (HTV) u ċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far (HOC). L-ispiża totali tal-proġett hija ta’ €708,149 (inkluż VAT eliġibbli).

L-għan ġenerali tal-proġett huwa li jipprovdi ambjent iktar sigur lir-residenti permezz ta’ monitoraġġ il-ħin kollu mill-persunal tas-sigurtà li jiżgura ambjent sigur għall-utenti tas-servizz, il-persunal u viżitaturi akkreditati. Iċ-ċentri miftuħa jakkomodaw ħafna nies li ġejjin minn nazzjonalitajiet differenti, u l-preżenza ta’ uffiċjal tas-sigurtà fiċ-ċentri miftuħa ġiet ippruvata li hija meħtieġa ħafna peress li bla dubju żiedet il-livell ta’ sigurtà ġewwa ċ-ċentri. L-għajnuna pprovduta mill-AMIF ippermettiet lill-AWAS testernalizza s-servizz tas-sigurtà minn Awwissu 2016 sal-lum.